OiRA

Help Menu Messages 1 Help Dashboard
Temi

Konfigurazzjoni tal-OiRA

Irfina l-OiRA għall-ħtiġijiet tiegħek billi tippermetti lil oħrajn, pereżempju lill-impjegati tiegħek, jaċċessaw il-valutazzjonijiet tar-riskju tiegħek jew billi tbiddel il-mod kif l-organizzazzjoni tiegħek tidher fl-OiRA.

Organizzazzjoni

Kull valutazzjoni tar-riskju tappartjeni għal organizzazzjoni. L-utenti li għandhom aċċess għall-organizzazzjoni jistgħu jaċċessaw il-valutazzjonijiet tar-riskju tagħha.

Eżempju ta’ skrin ta’ organizzazzjoni b’organizzazzjonijiet multipli.

Meta toħloq kont tal-utent ġdid, mingħajr ma tuża stedina għal organizzazzjoni, tista’ toħloq l-organizzazzjoni tiegħek stess billi tikklikkja fuq il-buttuna „Żid organizzazzjoni“. L-organizzazzjoni tintuża għall-ħżin tal-valutazzjonijiet tar-riskju.

L-iskrin tal-organizzazzjoni jista’ jintlaħaq permezz tal-iskrin ewlieni billi tikklikkja fuq it-tab imsejħa „Organizzazzjoni“.

Bl-iskrin tal-organizzazzjoni normalment tara l-organizzazzjoni tiegħek stess. Iżda f’każ li għandek aċċess għal organizzazzjonijiet oħra wkoll, pereżempju minħabba li inti fornitur ta’ servizz tal-OSH, allura se tara aktar minn organizzazzjoni waħda elenkata.

Meta teditja l-informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tiegħek stess, tista’ żżid l-isem tal-organizzazzjoni tiegħek u ttella’ logo. B’mod awtomatiku, l-isem tal-organizzazzjoni tiegħek se jiġi ssuġġerit bħal „Organizzazzjoni ta’ …“, fejn „…“ jiġi sostitwit bl-ewwel isem tas-sid ta’ din l-organizzazzjoni. Jekk l-isem ta’ dan l-utent ma jkunx iddaħħal fis-sistema, allura se jintwera l-indirizz tal-email ta’ dan l-utent.

Tista’ teditja l-organizzazzjoni tiegħek aktar tard billi tikklikkja fuq il-buttuna „Editja l-organizzazzjoni“ fuq in-naħa tal-lemin.

Ġestjoni tal-utenti

Meta tikklikkja fuq it-tab „Organizzazzjoni“, tista’ tara lista ta’ utenti li jistgħu jaċċessaw l-organizzazzjoni tiegħek. Għandek tara ismek stess (jekk huwa magħruf mis-sistema) jew l-indirizz tal-email tiegħek fost il-lista ta’ utenti li jistgħu jaċċessaw il-valutazzjonijiet tar-riskju tal-organizzazzjoni tiegħek.

Editjar ta’ ismek

Huwa rrakkomandat li ddaħħal l-isem sħiħ tiegħek fl-applikazzjoni, peress li dan se jtejjeb ir-rikonoxxibbiltà tiegħek ma’ utenti oħra matul l-applikazzjoni aktar tard. Tista’ tibdel ismek billi tikklikkja fuq l-ikona tal-persuna fuq ir-rokna ta’ fuq tan-naħa tal-lemin u mbagħad tikklikkja fuq il-„Preferenzi“ fil-menu li jinżel li qed jidher.

Rwoli u permessi

Ħdejn l-ismijiet tal-utenti, se tara r-rwol tiegħek fi ħdan l-organizzazzjoni. Hemm 3 rwoli possibbli.

  • Membru — Il-membri jistgħu jagħmlu valutazzjonijiet tar-riskju u jattendu taħriġ. Il-membri jistgħu jaraw u jeditjaw il-valutazzjonijiet tar-riskju kollha tal-organizzazzjoni.
  • Konsulent — Il-konsulenti jistgħu jagħmlu u jeditjaw il-valutazzjonijiet tar-riskju, jivvalidaw u japprovaw il-valutazzjonijiet tar-riskju u joħolqu taħriġ. (Jekk jogħġbok kun af li din il-karatteristika hija disponibbli biss f’xi pajjiżi)
  • Amministratur — L-amministraturi jistgħu joħolqu, jeditjaw u jneħħu kontijiet tal-utent. L-amministraturi jistgħu wkoll jagħmlu valutazzjonijiet tar-riskju u jeditjaw dawk eżistenti, jillokkjaw il-valutazzjonijiet tar-riskju u jattendu taħriġ.

Żieda ta’ utent mal-organizzazzjoni tiegħek

Tista’ żżid utent addizzjonali, bħal impjegat jew konsulent tal-OSH (dan tal-aħħar huwa disponibbli biss f’xi pajjiżi), fl-organizzazzjoni tiegħek billi tikklikkja fuq il-buttuna „Żid utent“. Se jidher panel li jitolbok tagħżel il-livell ta’ permess għall-utent il-ġdid. Xorta tista’ tbiddel il-livell tal-permess tal-utent aktar tard. Ladarba tkun stabbilixxejt il-livell tal-permess, ikklikkja fuq „Ibgħat email“ biex tibgħat l-istedina.

Meta tikklikkja fuq „Ibgħat email“, il-klijent tal-email tiegħek se jinfetaħ b’email ġdida li tinkludi link li n-nies jistgħu jużaw biex jingħaqdu mal-organizzazzjoni tiegħek. Il-link hija valida għal ħamest ijiem u tista’ tibgħatha lil kemm-il persuna tixtieq tingħaqad mal-organizzazzjoni tiegħek.

Scroll to top Load toolbar…
Back

configuring.md

Help

Reset Help

  • Splash and Shine Cleaners Last saved 19 days ago based on EU Cleaning More
  • Commercial Guardinng, Leicester Last saved 2 months ago based on Private Security EU More
  • Private Security, Grafton Street Last saved 2 months ago based on Private Security EU More
  • Office operations in times of COVID-19 Last saved 4 months ago based on COVID-19 More